top of page
20190529_224927.jpg
Logo- kazin banda san nikola.png

Il-Kumitat Ċentrali

Info

Il-Kumitat Ċentrali huwa l-organu amministrattiv tas-Soċjeta'. Huwa għalhekk xogħolu li jikkordina u jamministra l-aspetti kollha tas-soċjeta' fosthom il-Banda, is-sezzjonijiet u l-ħajja ta' kuljum tas-Soċjeta'.

Il-Membri kollha fi ħdan il-Kumitat jiġu eletti waqt is-Seduta Ġenerali. Is-seduta ġenerali taħtar ukoll lill-President, is-Segretarju u l-Kaxxier tal-kumitat. Dan il-kumitat fl-aħħar mill-aħħar jimxi fuq l-istruzzjonijiet tal-istess seduta, u dan skont kif elenkat mill-istatut tas-soċjeta'. 

Mal-medda taż-żmien il-komposizzjoni tal-kumitat baqgħet prattikament l-istess, kif baqgħet ukoll il-funzjoni. Huwa għalhekk li l-kumitat dejjem jaċċerta li jsegwi l-iskopijiet prinċipali tas-soċjeta'; b' mod partikolari li jassigura kwalita fit-tgħalim tal-Mużika u jgħati ir-riżorsi kollha meħtieġa lill-Banda San Nikola.

Barra minn dan kollu, il-kumitat jieħu ħsieb l-organizzazzjoni tal-festa esterna ta' San Nikola fis-Sajf, b' mod partikolari fejn tidħol il-Banda, u l-attivitajiet kollha marbuta  magħha. iL-Kumitat illum il-ġurnata jikkordina u jorganizza ukoll il-Mixgħela tas-Salib tal-Għolja li issir nhar Ħamis ix- Xirka.

 

Matul is-sena, il-membri tal-kumitat jorganizzaw bosta attivitajiet oħra, u dan prinċiparjament sabiex filwaqt li jinvolvi lis-soċji kollha fil-ħajja tas-Soċjeta' u tal-Każin, jassigura qagħda finanzjarja stabbli sabiex il-ħidma tal-Volontiera tkun tista tibqa tħalli l-frott meħtieġ.  

L-Istatut tas-Soċjeta' jħalli it-tmexxija tas-Soċjeta' f'idejn il-kumitat, filwaqt li jorbtu b'responsabbilta' kbira sabiex ikompli jmexxi l-istess il-quddiem. Il-Kumitat għalhekk għandu diversi obbligi oħra sabiex jiġi aċċertat illi s-Soċjeta' Każin Banda San Nikola titmexxa bl-aħjar mod possibli. 

Membri Kumitat

 

 

President

Dr. Hendrick Nicholas Magro

LL.B. (Hons), M.Adv (Melit)

Viċi President

Direttur tal-Każin

Is-Sur Noel Agius

Kaxxier

Koordinatur Attivitajiet

Is-Sa. Lindsay Bugeja

Segretarju

Is-Sur Raymond Sant

Koordinatur tal-Attivitajiet Soċjali

Is-Sur Adrian Scerri

Koordinatur Mezzi Soċjali

Is-Sur Mark Zerafa

Arkivista

Is-Sur Matthew Deguara

ViViċi Kaxxier

Is-Sur Mark Zerafa

Is-Sur William Curmi

Assistent Koordinatur Attivitajiet

P.R.O

Is-Sur Nathan Borg

Is-Sur William Curmi

Delegat tal-Banda

Is-Sur Daniel Vella

Direttur Spiritwali

Dun Nikol Aquilina

B.A.,Lic. D.,D.Litt. (Milan)

Il-Kumitat appunta wkoll lill;

Surmast Direttur

Mro Nicholas Vella

AMusLCM

Assistent Surmast

Is-Sur Raymond Sant

LMusLCM

Għalliem Sezzjoni Injam

Is-Sur Charlie Pace

Għalliem Sezzjoni Ram

Is-Sur Spiridione Bonnici

Direttur tal-Imħażen

Is-Sur Joseph Camilleri

Presidenti Onorarji

L-Imħallef Carm Lino Agius B.A., LLD

Is-Sur Nicholas A. Baldacchino C.Eng., F.R.I.N.A

Is-Sur Nikola Baldacchino

Is-Sur Joseph Camilleri

Bandisti Onorarji

Is-Sur George Baldacchino

  • White Facebook Icon
  • White YouTube Icon
  • White Instagram Icon
bottom of page