top of page
20190630_222210.jpg
Logo- kazin banda san nikola.png

San Nikola

Info

Min hu San Nikola?

 

San Nikola jingħad li twieled fis-sena 270AD f’Patara (Turkija) u miet nhar is-6 ta’ Diċembru 343AD.  Huwa ġie midfun ġewwa l-katidral ta’ Myra u mill-ewwel kien rikonoxxut bħala qaddis minħabba l-ġenerożità u l-kuraġġ li kellu biex jiddefendi l-fidi.  Ismu kien imxerred mad-dinja kollha u kien magħruf għal ħafna atti ta’ ġenerożità. 


X’għamel San Nikola?

 

Jingħad li San Nikola kien ġej minn familja tat-tajjeb. Ġara li l-ġenituri tiegħu mietu meta hu kien għadu żgħir u għalhekk mar jgħix ma’ zijuh. San Nikola kompla jistudja, jikber fil-fidi, u jħobb u jservi lil Alla. Huwa għażel li jqassam ġidu kollu lill-foqra li kien wiret mingħand ilġenituri tiegħu. Serva wkoll bħala Isqof f’Myra.


Ta’ min huwa protettur San Nikola?

 

Huwa mifhum li San Nikola huwa protettur ta’ diversi tipi ta’ nies u li jipprattikaw xogħlijiet varji. Dawn ivarjaw minn tfal li magħhom huwa aktar magħruf bħala Santa Klaws, studenti, baħħara u ħabsin u fost oħrajn tfajliet li jkunu qed iħejju ruħhom għaż-żwieġ. 


Manna ta’ San Nikola

 

Jingħad li f’Myra, mill-għadam ta’ San Nikola joħroġ likwidu trasparenti, bħall-ilma, magħruf bħala Manna. Maż-żmien dan l-għadam kien ġie meħud lejn Bari fejn għadu hemm sal-lum. Il-Manna tinġabar darba fis-sena fil-festa li ssir fit-8 u fid-9 ta’ Mejju ġewwa Bari. 


Simboli ta’ San Nikola

 

Hemm diversi simboli li  huma marbuta ma’ San Nikola. Uħud minnhom jagħmlu parti mill-istatwa tat-titular tal-parroċċa tagħna. Dawn huma l-mitra,  il-baklu, ilktieb, tlett boroż tad-deheb u vażett bil-Manna. F’xi pitturi nsibu riferenza għat-tlett tfajliet u tlett itfal f’kartell li nsibuhom fil-ġrajja ta’ San Nikola. 

  • White Facebook Icon
  • White YouTube Icon
  • White Instagram Icon
bottom of page