Is-Sezzjoni Nisa fi ħdan is-Soċjeta` tagħna, minn dejjem kienet ta’ sosten importanti matul il-ħidma kontinwa biex l-għaqda tagħna tkompli tissaħħaħ. Xhieda ta’ dan huma bosta xogħolijiet u proġetti kapitali li għadna ngawdu sal-lum, fosthom set ta’ bibien tal-kewba li jgħassu b’tant għożża s-swali maestuzi mimlija memorji w unuri li nkisbu maż-żminijiet.
Għal xi raġunijiet, din is-sezzjoni kienet ġiet xolta f’2005. In-nuqqas ta’ grupp nisa ħabrieka nħass u għalhekk reġgħet nibtet ix-xewqa fost il-membri biex dan il-grupp jerġa jieħu l-ħajja.
Kien propju nhar 13 ta’ Mejju 2019, meta madwar mejda ġewwa s-sala tas-Soċjeta`, erġajna rajna grup ta’ nisa qed jiddiskutu u jgħatu bidu għal ħidma sfiqa f’isem il-Kazin Banda San Nikola. Is-Sezzjoni Nisa reġgħet twieldet mill-ġdid.
Bdejna billi organizzajna l-ewwel attivita tagħna nhar il-15 ta’ Gunju 2019; BBQ fit-terrazzin tas-sede tagħna. Ma naqasx li nkunu preżenti waqt il-ġimgħa tal-festa, billi nhar ħrug min-niċċa qassamna fuljett informattiv dwar il-patrun tagħna San Nikola, kif ukoll ġbarna donazzjonijiet matul il-ġimgħa permezz ta’ Lotterija. Ma waqafniex hawn. Komplejna bl-attivitajiet tagħna billi organizzajna BBQ ieħor biex flimkien mal-membri għalaqna l-istaġun tas-Sajf. Organizzajna Coffee Morning u Sunday Lunch Buffet biex flimkien tajna bidu għaż-ħminijiet ta’ festi u ċelebrazzjonijiet għal Milied u bidu ta’ sena ġdida. Fost dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ma nqasniex milli norganizzaw party tal-Milied għat-tfal. Attivitajiet kollha suċċess u dan GRAZZI għal dawk kollha li attendew bi ħġarhom u kienu ta’ support. Nħarsu l-quddiem għal aktar attivitajiet li jolqtu l-gosti ta’ kulħadd.
Is-Sezzjoni Nisa taħdem b’mod modern u flessibli. Il-membri tas-sezzjoni aħna ġenituri bil-familja, għalhekk apparti li rridu nieħdu ħsieb l-impenji personali tagħna, rridu nlaħqu mal-impenji tal-familja. L-irwol personali ta’ kull waħda minnha, ma jħallix ħafna ħin liberu, madanakollu kulħadd jgħati li jista'. Bil-ftit ta’ kulħadd, irnexxilna norganizzaw diversi attivitajiet. It-teknoloġija hija mezz fundamentali fil-ħidma tagħna għaliex permezz tagħha aħna nikomunikaw bejnietna u għalhekk tgħamila aktar faċli biex aħna nkomplu għaddejin bil-ħidma tagħna.
Sezzjoni Nisa Każin Banda San Nikola, hija sezzjoni determinata li tħaddan fiha membri attivi u mimlija b’enerġija positiva, biex flimkien mas-sezzjonijiet u kumitat ċentrali, nkomplu naħdmu biex niksbu aktar unuri waqt li ngħollu isem raħalna u nsaħħu l-festa li norganizzaw għad unur il-patrun għaziz għalina San Nikola.
President
Is-Sa. Lindsay Bugeja
Segretarja
Is-Sa. Rita Vella
Viċi President
Is-Sa. Ruth Borg
Membri
Is-Sa. Rhona Desira
Kaxxiera
Is-Sa. Luan May Sant