top of page
ABC_5600.jpg
Logo- kazin banda san nikola.png

Il-Kummisjoni Planċier

info kp

Il-Kummisjoni Planċier bdiet il-ħidma tagħha fl-1996 bl-iskop ewlieni illi s-Soċjetà tibda taħdem fuq planċier ġdid denju għall-Banda San Nikola. Din il-kummisjonijiet fil-fatt kienet xprunata mill-eks President Anthony Mallia, u ppreseduta mill-bidu nett mill- Inġinier Nikola Baldacchino.

Kienet din il-kummissjoni illi imbagħad kellmet lid-disinjatur magħruf Salvu Buġeja sabiex jipprepara disinn għall-planċier il-ġdid. Kien proprju fl-1998,sentejn wara it-twaqqif ta din il-kummissjoni li intrama għall-ewwel darba il-qafas tal-ħadid il-ġdid. Matul is-snin, din il-kummissjoni kompliet tiġbor il-fondi neċessarji sabiex tkun tista’ tibqa għaddejja bid-diversi xogħolijiet meħtieġa. Matul is-snin għalhekk bdew jiżżanżnu diversi partijiet differenti minn dan il-planċier.

Kien inħadem għalhekk l-ewwel panew mis-Sinjuri Tony Delia u George Borg. L-Iskultura kienet xogħol John Saliba u J.Bugeja. Dan il-panew illum il-ġurnata jinsab esebit fis-sala Dr. Nikola Zammit ġewwa l-każin tas-Soċjetà. Fl-1999 kien imbagħad sar l-ewwel panew mill-kumpanija Julius & Charles Sacco, bl- iskultura ta’ Salvu Bugeja stess. Sena wara, ix-xogħol fl-injam tal-erbatax il-panew tad-dawra tal-planċier kien tlesta, fejn imbagħad kien inbeda ix-xogħol fuq il-forom tal-iskultura tal-panew; xogħol illi sar minn Giuseppi Farrugia u Nikola Camilleri.

Wara dan ix-xogħol kien inbeda ix-xogħol fuq il-faċċata ta’ quddiem tal-planċier; faċċata maestuża kollha skultura. Fiċ-ċentru ta’ din il-faċċata insibu xbieha tal-bronz ta’ San Nikola. Xbieha illi illum il-ġurnata saret karrateristika prinċipali f’ dan il-planċier maestuż. Ix-xogħol kompla għaddej, b’ħidma fuq il-leġiji, guard rails tal-bronz u erbatax il-linfa li jduru mad-dawra kollha tal-planċier, u kif ukoll xogħol fuq il-bankun ta’ taħt il-planċier. Kollu xogħol ta’ għadd kbir ta’ individwi li ħadmu bil-qalb sabiex ikun jista jitlesta dan il-proġett.

Kien imbagħad proprju fil-festa tas-sajf tal-2013 li l-planċier ġie inawgurat uffiċjalment.

 

Minn dakinhar l’hawn ix-xogħol xorta waħda ma waqafx, hekk kif din il-kummissjoni għadha sal lum taħdem sabiex tkompli issebbaħ u tieħu ħsieb dan ix-xogħol artistiku. Għalhekk matul is-sena, il-voluntiera u l-membri ta’ din il-kummissjoni jibqgħu għaddejin bil-manutenzjoni fuq dak kollu li għandu x’ jaqsam mal-istess planċier. Huma jikkordinaw ukoll l-armar u ż-żarmar ta’ kull sena tal-istess planċier. Xogħol illi minħabba in-natura tiegħu irid isir bl-aktar mod effiċjenti. Kien għalhekk illi fl-aħħar snin il-kummissjoni fuq l-inizjattiva tal-President Onorarju Joseph Camilleri bdiet taħdem fuq sistema ta’karrijiet għall-ġarr u storage tal-planċier.

membri kp

 

 

Chairman

Is-Sur Nicholas A. Baldacchino

C.Eng.,F.R.I.N.A

Membri

Is-Sur Joseph Camilleri

Is-Sur Nicholas Camilleri

Is-Sur John Spiteri

Is-Sur Warren Bugeja

Is-Sur Joseph Magro

sezjoni pjancir.JPG
  • White Facebook Icon
  • White YouTube Icon
  • White Instagram Icon
bottom of page