Is-Sezzjoni Midja twaqqfet bi skop wieħed; illi taħdem flimkien mal-Kumitat u s-sezzjonijiet l-oħra kollha sabiex tgħati leħen aktar innovattiv lis-Soċjeta' tagħna fil-komunita'. Xogħol din is-sezzjoni huwa bla waqfien. Filwaqt li hija responsabbli milli tipprepara l-posters u reklamar ieħor tas-sezzjonijiet kollha tal-każin, hija wkoll responsabbli mis-social media, inkluż facebook, instagram u youtube.
Matul is-sena 2019, is-Sezzjoni Midja ħadmet ukoll fuq din il-website ġdida għas-soċjeta; website illi hija iddisinjata b' tali mod li filwaqt li tgħati l-informazzjoni neċessarja lill-pubbliku, hija ukoll parti mill-għodda li s-Soċjeta' tuża sabiex tgħamel kuntatt mat-tesserati tagħha u kif ukoll mal-bandisti kollha li jdoqqu mal-Banda San Nikola.
Din is-sezzjoni twaqqfet propjament fil-bidu tas-sena 2019, u għalhekk il-ħidma tagħha fis-Soċjeta' għadha qed tibda. Nistgħu ngħidu illi hemm diversi pjanijiet ġodda għall futur, pjanijiet imsejsa sabiex inkomplu nkunu ta' servizz aħjar għas-Siġġiwin u s-Soċji kollha.


President
Is-Sur Mark Zerafa
Membri
Is-Sur Matthew Deguara
Is-Sur Nathan Borg
Is-Sur William Curmi
Is-Sur Kurt Smith
