top of page
ABC_5851.jpg
Logo- kazin banda san nikola.png

Sliem Għalik

O Tawmaturgu

Sliem Għalik O Tawmaturgu

Mużika ta' Ġanni Vella

Versi ta' ​Karmenu Vassallo

Sliem għalik, o Tawmaturgu,

Qaddis kbir sa mit-twelid!

Sliem għalik, Anġlu tal-Paċi,

Għajn ta’ faraġ,barka u ġid!

 

Għallem int lil minn iħobbok

Jiċħad ġidu u jimxi warajk,

Ma jorbotx qalbu mal-frugħa

Li int sħaqtha taħt saqajk.

 

Għallem  int lil ġens dar-raħal

Ikun qawwi,sħiħ, u magħqud

Fi twemminu, dmiru u jeddu:

Żommu dejjem b’dawn mirfud.

 

Għallmu wkoll illi l-Vanġelu

Wieħed biss għaż-żgħir u l-kbir

Ma jseddaqx tal-għani r-rebgħa;

Ma jċaħħadx minn ħaqqu ‘l-fqir

 

Sliem għalik, o Tawmaturgu,

Qaddis kbir sa mit-twelid!

Sliem għalik, Anġlu tal-Paċi,

Għajn ta’ farag,barka u ġid!

 

Wissi ‘l-ġens ta’ Malta kollha

Li fl-imħabba biss is-sliem;

Fil-għajnuna ta’ bejnietna

Fl-għemil tajjeb, mhux fil-kliem. 

 

Siblu t-triq lil minn tilifha,

Ieqaf miegħu jekk  għajien,

Mexxhi int bid-dawl ta’ mħabbtek

Lejn il-għolja tal-ħelsien.

 

Sabbar, farraġ qalb l-imnikket;

Rattab ftit il-qlub żonqrin;

Ibdel f’aħwa lill-egħdewwa,

F’ulied Alla ‘l midinbin.

 

Sliem għalik, o Tawmaturgu,

Qaddis kbir sa mit-twelid!

Sliem għalik, Anġlu tal-Paċi,

Għajn ta’ farag,barka u ġid!

  • White Facebook Icon
  • White YouTube Icon
  • White Instagram Icon
bottom of page