Privacy Policy
Policy ta Privatezza – Każin Banda San Nikola
Dan id-dokument jispjega b’liema mod il-Każin Banda San Nikola jista’ juza u jipproċessa l-Informazzjoni tad-data tiegħek.
Inti għalhekk għandek taqra dan id-dokument sabiex tifhem aħjar il-prattiċi tagħna fir-rigward tad-data u l-informazzjoni tiegħek.
Il-Każin Banda San Nikola huwa obligat legalment sabiex jirrispetta u jipproteġi l-informazzjoni personali tiegħek. Din l-informazzjoni m’hijiex ser tiġi mgħoddijja lill-ebda entita’ oħra, ħlief dawk id-dettalji illi l-Kazin Banda San Nikola huwa marbut illi jgħaddi skont il-liġi lill xi Awtorita’ pubblika u/jew lill-Pulizija eżekuttiva.
Għall min tapplika din in-nota?
Din in-nota tapplika għall-kwalunkwe persuni li l-informazzjoni tagħha jew li b’ xi mod jew ieħor tista’ tidentifika lill dik l-istess persuna, tkun fil-pussess tal-Każin Banda San Nikola.
L-Informazzjoni Miġbura
· Il-Każin Banda San Nikola jista’ jiġbor id-data tiegħek kif ġej;
· Data illi inti stess tipprovdi;
· Data illi inti stess iddaħħal, u dan billi timla xi formola, fuq il-website tal- Każin jew xi mezz Soċjali ieħor;
· Ritratti illi jittieħdu waqt l-attivitajiet soċjali tal-Każin, inkluża il-Festa ta’ San Nikola.
Din id-data miġbura tista tinkludi;
· Dettalji ta’ kif nistgħu nikkuntatjawk
· Kwalunkwe informazzjoni illi inti tissottometti
· Dettalji dwar l-uzu tas-sit elettroniku tal-Każin.
Il-Każin Banda San Nikola għandu l-obbligu illi jipproteġi u jissalvagwardja l-informazzjoni illi tinġabar minn għandek. Sejjer jieħu ukoll il-passi kollha neċessarji sabiex jissalvagwardja din l-informazzjoni, fosthom minn aċċess mhux awtoritzzat.
Riċevituri tad-Data tiegħek
Il-Każin Banda San Nikola fl-ebda mument m’ huwa ser ikun qed jaqsam id-data tiegħek ma persuni barra mill-Unjoni Ewropea.
Data Retention
Il-Każin Banda San Nikola ser iżomm l-informazzjoni tiegħek għall-iqsar perjodu possibbli, u wara liema din id-data tiġi distrutta. Kwalunkwe ritratti meħudin f’ attivitajiet pubbliċi huma esklużi minn dan it-tħassir għaż-żamma ta’ rekords storiċi, u dan sakemm il-liġi ma tipprovdix mod ieħor.
Id-Drittijiet tiegħek
-
Id-Dritt sabiex inti taċċessa l-informazzjoni tiegħek fil-pussess tagħna
-
Id-Dritt sabiex inti titlob li aħna nħassru l-informazzjoni tiegħek
-
Id-Dritt li toġġezzjoni u li inti tkun tista titlobna sabiex nieqfu nipproċessaw id-data tiegħek.
-
Id-Dritt li tirranġa jew tikkoregi id-dettalji tieghek
-
Id-Dritt illi titlob li l-informazzjoni tiegħek tiġi trasferita lill-terzi
-
Id-Dritt li titlob illi nieqfu milli nuzaw l-informazzjoni tiegħek f’ sitwazzjonijiet speċifiċi.
-
Id-Dritt li tirtira l-kunsens tieghek
-
Id-Dritt li tkun infurmat minn fejn inġabret l-informazzjoni illi għandna fuqek
Sigurta
Aħna determinati illi nassiguraw illi l-informazzjoni tiegħek tkun protetta bl-aħjar mod possibli, u dan sabiex nipprevjenu milli jingħata aċċess illi mhux awtorizzat għall-informazzjoni tiegħek.
Data Protection Officer
Is-Segretarju tal-Każin Banda San Nikola huwa responsabbli minn materji illi jikkonċernaw il-privatezza u l-protezzjoni tad-data tiegħek. Inti tista tikkuntatjah fuq infokbsn@gmail.com.
Bdil f’ din il-policy
Jekk ikun hemm xi bidliet f’ din il-policy, din il-paġna tiġi minnufih aġġornata. Huwa għalhekk fl-interess tiegħek illi tiċċekja din il-paġna sabiex taċċerta illi ma kien hemm l-ebda bidliet.
-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------