top of page
20191129_223549.jpg
Logo- kazin banda san nikola.png

Mro. Karmenu Mallia

Mro. Karmenu Mallia

(Ibbażat fuq informazzjoni miġbura minn F.S. Bezzina)

Karmenu Mallia twieled is-Siġġiewi fl-1 ta’ Ottubru, 1983, minn Salvatore u Marianna nee’ Aquilina. Huwa kien fost il-ħamest aħwa, li kienu Emanuele, Giuseppa, Nazzareno, nikola u Karmenu.

Karmenu ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tas-Siġġiewi u meta kiber, daħal fir-riġment tar-Royal Malta Artillery (R.M.A.) Ta’ 24 sena laħaq kapural fir-riġment u wara 30 sena servizz ħareġ pjazzant. Kif spiċċa mis-servizz mar jaħdem ma’ l-Ordinanza qrib ir-Ricasoli.

Huwa żżewweġ lil Maria-Ġiuseppa nee’ Attard u kellhom disa’ wlied, u kien mar ukoll jgħix il-Marsa. Karmenu kien bniedem ta’ karattru kwiet u umli u minbarra l-mużika, kien iħobb jaqra ħafna.

Huwa ta’ min ifakkar li missier Karmenu kien il-magħruf Surmast Salvu Mallia, li mill-1902 sal-1937 kellu f’ idejh il-Banda San Nikola. Karmenu bla ma qatt ma jistudja l-mużika f’ xi skejjel mużikali , kien jikkomponi mużika li ssaħrek, tant li jista’ jissejjaħ li kien ġenju fil-qasam mużikali. U hawn ma tistax ma ssemmix il-kapolavur tiegħu l-Innu Popolari lil San Nikola ta’ Bari, li tappertjeni l-Għaqda Mużikali tagħna.

Dan l-innu kien ikkomponieh fis-sena 1939 u ndaqq għall-ewwel darba mill-Banda San Nikola fis-sena 1946. Wara din is-sena, l-Innu kien reġa’ beda jindaqq regolarment kull sena mis-sena 1964 ‘il hawn, bl-eċċezzjoni li qabel kien jitkanta minn tenur biss u llum jitkanta minn Tenur, Baxx u Kor. Ta’ min isemmu li meta dan l-innu ġie f’ idejn id-Direttur tal-Banda Mro. Juan Mamo, propju fis-sena 1964 ħareġ kliem ta’ l-akbar foħrija għall komposizzjoni tiegħu u kkwotah bħala opra-kapolavur tal-kompożitur.

Mro. Karmenu Mallia kien assistent Surmast ta’ missieru mis-sena 1934 sal-1936, u wara l-mewt ta’ missier Mro. Salvatore Mallia fl-1939, il-Kumitat tal-Banda San Nikola, ħatar lil Mro. Karmenu Mallia bħala Direttur tal-Banda Minflok missieru u baqa sal-gwerra tal-1943, liema żmien il-baned kienu kollha mietu minħabba l-istess gwerra. Fis-sena 1948 Mro. Karmenu Malli fuq talba tal-Kumitat beda jgħallem lill-Allievi għall-Banda San Nikola.

 

Mro. Karmenu Mallia miet nhar is-Sibt, 13 ta’ mejju 1967, fl-eta’ ta’ 74 sena, u ħalla jibku lis-sitt uliedu.

  • White Facebook Icon
  • White YouTube Icon
  • White Instagram Icon
bottom of page