top of page
20181206_002308.jpg
Logo- kazin banda san nikola.png

Il-Knisja ta'

San Niklaw

fl-1912

Il-Knisja ta' San Niklaw fl-1912

Ippublikat fil-ktieb tas-Soċjeta' għall-festa 2000

​

​

Jgħidula l-Knisja ta' San niklaw, jew tal-Merħla, għaliex kien hemm min kellu mitt nagħġa. L-Ewwel Knisja hija wisq antika, li kif jgħidu hija tat-XII il-seklu fil-post ta' LanÄ‹illotto, fir-raħal antik imsemmi Niklus, Ä‹ioe, ta' San Nikola. Minnu ma baqax ħlief ftit tal-ħerba. Il-Knisja li hemm illum hija kabar u mibnija aktar minn żewÄ¡ sekli ilu, mill-Patrijiet Benedittini ta' Catania, fir-raba' mħolli lilhom minn nobbli Sinjura Isolda de Landolini, mart di Lanza minn Carabini tal-Belt ta' Noto fi Sqallija. 

​

Din in-nobbli sinjura, fit-testment tagħha għand in-Nutar Bartolomeo Guasto fis-17 ta' Ä unju 1362, stabbiliet eredi tagħha l-Patrijiet Benedittini ta' Catania, obbligathom li għandhom iżommu f' din il-Knisja sitt patrijiet. Dawn il-patrijiet ma Ä¡ew qatt. 

​

Dan it-testment, mill-Isqof ta' Malta Ilarju corradu din il-volonta' tas-Sinjura bidilha billi flokhom sejjaħ il-Patrijiet tal-monasteru S. Nikola de Arena di Catania, kif jinsab fl-atti tan-Nutar Giovanni de Casaretto, fil-11 t' Ottubru 1364. 

​

Fis-Sena 1832, dan it-territorju Ä¡ie marbut mal-mensa ta' l-Isqof b' digriet ta' Mons. Caruana u ħa ħsieb il-piżijiet li jinsabu f' dan it-testment. 

F' din il-Knisja jinsab altar wieħed. Fiha wkoll sagristija kbira. Il-kwadru huwa ta' Pittur Griega. Jgħidu wkoll li fil-palazz viżin din il-Knisja kien imur villeÄ¡jatura l-Isqof Illarju Corradu. F' din il-Knisja jsir il-quddies fil-Ħdud u fil-festi għall-kumdita' tan-nies tar-raba' ta' dawn l-inħawi. 

 

Dan it-tagħrif huwa meħud mill-Ktieb SEMPRE VIVA. Awtur Can. V. Vella A.T.

Ippublikat fl-Istamperija Victoria, Strada Forni, il-Belt, 1912.  

  • White Facebook Icon
  • White YouTube Icon
  • White Instagram Icon
bottom of page