top of page
20191129_223549.jpg
Logo- kazin banda san nikola.png

Mro. John Mamo

Mro. John Mamo

(Ibbażat fuq informazzjoni miÄ¡bura minn F.S. Bezzina)

​

Mro. John Mamo tqieled f’ Birkirkara nhar it-Tlieta, 17 t’ April, 1917, mill-Ä¡enituri Giomaria (Ä amri) u Maria nee’ Galea, li kienu t-tnejn ukoll minn Birkirkara. Hawn wieħed jinnota li n-Nannu ta’ Mro. John Mamo, voldieri missier missieru kien Nikola Mamo mis-SiÄ¡Ä¡iewi. Il-Ä¡enituri tiegħu kienu joqgħodu qrib ferm tal-Każin tal-Banda ta’ Sant’ Elena, u sa minn tfulitu, Mro. John Mamo kien jiffrekwenta l-każin tal-banda u, għalkemm kien daqsxejn ta’ tfajjel, ħass il-Ä¡ibda għall-mużika. Il-Ä¡ibda li kellu wasslitu biex beda jistudja l-mużika u ta’ tmien snin beda jdoqq mal-Banda Sant’ Elena bl-Althorn.

​

L-Istudji bdihom taħt idejn Mro. Vincenzo Costa li kien ukoll SurÄ¡ent mal-banda tal-R.M.A. flimkien mall-Kompajżan tagħna Mro. Salvatore Mallia, li kien ukoll surÄ¡ent, fil-banda tal-R.M.A. Filwaqt li Mro. John Mamo baqa’ jistudja u jipperfezzjona l-prattika fl-istrument, beda ż-żmien tax-xogħol tiegħu bħala mastrudaxxa u kellu għal qalbu x-xogħol ta’l-interzjar fl-injam.

​

Fis-sena 1933 fl-eta ta’ 16-il sena beda jdoqq ukoll mal-Banda ÄŠittadina “La Vallette” u hawn beda jdoqq it-Trombone Cantabile, li bih kompla jkabbar il-ħila tiegħu fid-daqq ta’ dan l-istrument. Mro. John Mamo tant ħa interess f’ dan l-instrument li wasal biex beda jdoqq il-partijiet Solisti u għalhekk sar it-Trombone solista ta’ din il-banda Ä‹ittadina “La Vallette”. Huwa daqq taħt id-direzzjonijiet ta’ awturi mużikali bħal respighi, Zadonai, Rev. Refice u wkoll Caldinio Botti. Dan ta’ l-aħħar kien jammira ferm il-ħila li kellu fl-istrument John Mamo tant li darba, wara li Mro. C. Botti kien mar l-Italja, meta Ä¡ie lura Ä¡ab miegħu trombone u rregalah lill-Bandist John Mamo. Il-kapaÄ‹ità tiegħu waslet biex f’okkażjoni john Mamo dderieÄ¡a wkoll il-Banda “La Vallette” Ä¡ewwa l-Isla. Huwa dam idoqq mal-banda “La Valette” għal 25 sena, voldieri sas-sena 1958.

​

Wara t-tieni gwerra dinjija John Mamo daħal fil-banda tar-riÄ¡ment ta’ l-R.M.A. bħala bandist u beda jdoqq is-Slide trombone fejn għamel seba’ snin li fihom kompla jżid fil-ħila tiegħu, kemm fl-istrument kif ukoll fl-armonija tant li wasal għas- seba’ grad. Mr. John Mamo g]al perjodu ta’ żmien serva b]ala Assistent Surmast tal-Banda Sant’ Elena Birkirkara.

Mro. John Mamo nħatar Surmast Direttur tal-Banda tagħna “San Nikola” nhar it-Tlieta, 10 ta’ Lulju 1962.

 

Huwa ħadem u stinka biex jagħti sehemu bl-akbar ħila u ħareÄ¡ lill-banda tagħna bl-isbaħ unuri fl-esekuzzjonijjiet li għamlet taħt id-direzzjoni tiegħu, kemm fis-servizzi Ä¡ewwa r-raħal u dawk li hu mexxa barra r-raħal. Fost il-ħafna servizzi li għamlet il-banda tagħna li bihom issodisfat lil kull min għandu għal qalbu l-arti mużikali, mhux li wieħed jinsa dak il-famuż programm Vokali / Strumentali li dderieÄ¡a Ä¡ewwa l-pjazza tar-raħal fl-okkażjoni tal-Għeluq il-Festi Ä‹entinarji nhar il-Ħadd 19 ta’ Ä unju 1983. Din kienet verament okkażjoni speÄ‹jali li fiha spikkat il-kapaÄ‹ita’ tad-direzzjoni ta’ Mro. John Mamo li mexxa l-banda b’ ħila u armonija msieħba mal-vuÄ‹ijiet korali. Kbar kienu l-applawsi għal kull esekuzzjoni li Ä¡iet esegwita kemm minn Mro. John Mamo u kemm mill-Assisstent Surmast Karmenu Vella (li wara sar ukoll Surmast Diretturtal-Banda “San Ä orÄ¡” ta’ Bormla). Fost il-mistednin għall dan il-kunÄ‹ert kien hemm l-Ex President tar-Repubblika Agatha Barbara, Dr. Louis Galea, l-Ex Ministra tal-Affarijiet Barranin u l-Kultura Dr. Alex Sciberras Trigona, u ħafna personalitajiet distinti mis-SiÄ¡Ä¡iewi anki barranin.

 

Mro. John Mamo huwa kompożitur ta’ kwantita’ kbira ta’ MarÄ‹i Brijjużi u anki MarÄ‹i funebri, fosthom wieħed li kiteb għall-banda Cittadina “La Vallette”. Għall-banda tagħna ikkompona wkoll diversi marÄ‹i, fosthom tnejn li tfasslu bil-vrus. Ta’ min isemmi l-marÄ‹ “Viva Nicola Tagħna” li għall-mużika tiegħu fassal il-kliem is-Sur Karmenu Micallef u marÄ‹ ieħor li għalih kiteb il-versi r-Rev. Nikola Aquilina, marÄ‹ li illum huwa l-Innu MarÄ‹ tal-Banda tagħna.

Kien proprju Mro. John Mamo li kien ra u studja tajjeb l-Innu Popolari lill- San Nikola ta’ Bari, li huwa kompożizzjoni għall-banda, kor u vuÄ‹ijiet tal-mejjet kompazjan tagħna Mro. Karmenu Mallia, u għalih esklama li dan l-Innu huwa kapolavur mużikali, anzi ried li jdoqqu kull sena. Kien Mro. Mamo li għamel xi arranÄ¡amenti fih għal aktar qawwa vivaÄ‹i f’ Ä‹erti passaÄ¡Ä¡i, u kif kien verament ix-xewqa tiegħu beda jdoqqu f’ kull lejlet il-Festa titulari.

 

Mro. John Mamo kien igawdi simpatija u rispett kbir mill-Membri tas-SoÄ‹jetà, mill-Bandisti u mill-parroÄ‹Ä‹ani tar-raħal tagħna għall Ä¡entilezza tiegħu. Mro. Mamo għadda għall ħajja ta Dejjem fis-sena 2012.  Fil-funeral tiegħu, il-banda tagħna kienet daqqet flimkien mal-Banda Sant’ Elena u l-Banda Imperial tal-Mellieħa.

  • White Facebook Icon
  • White YouTube Icon
  • White Instagram Icon
bottom of page